Eugenio Corini coach ta’ Lecce

Lecce ħatru lil Eugenio Corini bħala l-coach tagħhom għall-istaġun li ġej. Fil-fatt b’sorpriża għal kulħadd l-ex coach, Fabio Liverani, ġie mneħħi mill-kariga bil-president Saverio Sticchi Damiani xtaq bidla fit-tmexxija wara r-relegazzjoni għas-Serie B. 

Corini, li għandu 50 sena, kien imneħħi minn Brescia f’Diċembru li għadda u ilu minn dakinhar mingħajr club. Rapporti qed jgħidu li nhar il-Ħadd huwa għandu jiġi ppreżentat b’mod uffiċjali mill-club li jilgħab f’Via del Mare.

Min-naħa tiegħu, l-ex coach Fabio Liverani esprima d-diżappunt tiegħu għat-tkeċċija tiegħu fejn qal li ma kienx qed jistenniha wara li ta dak kollu li seta’ biex it-team itejjeb il-wirjiet tiegħu.

Share With: