Evarist Bartolo: “Minn Marzu twaqqfu mat-3,000 immigrant milli jiġu Malta”

“Minn Marzu ‘l hawn bil-passi li ħadna mal-Libja u dwar il-Libja żammejna milli jiġu fostna 3,000 oħra.” Qal dan il-Ministru għall-Affarijiet Barranin u l-Affarijiet Ewropej Evarist Bartolo f’kumment fuq il-midja soċjali.

Żied jgħid li filwaqt li s’issa din is-sena waslu inqas milli waslu s-sena li għaddiet, jeħtieġ li ssir aktar ħidma f’dan ir-rigward.

Tenna li għalkemm l-immigrazzjoni irregolari hija sfida diffiċli, l-awtoritajiet Maltin mhumiex se jkunu qed jaqtgħu qalbhom.

Intant fis-sigħat li għaddew l-NGO Alarm Phone kitbet li hemm żewġ dgħajjes bl-immigranti li jinsabu fiż-żona ta’ tiftix u salvataġġ Maltija (SAR) li qed ifittxu l-għajnuna. Fuq iż-żewġ dgħajjes b’kollox hemm aktar minn 50 immigrant.

Share With: