Everton interessati f’Allan

Il-midfielder ta’ Napoli, Allan, kien qed jissemma’ li jista’ jingħaqad ma’ Atletico Madrid jew Borussia Dortmund hekk kif dawn iż-żewġ clubs qed jirsistu biex jakkwistawh. Minkejja kollox, il-player Brażiljan ta’ 29 sena jrid akkost ta’ kollox li jingħaqad ma’ Everton FC fl-Ingilterra. Hemmhekk jerġa’ jsib lill-coach Carlo Ancelotti li diġá kellu esperjenza miegħu meta kien jikkowċja lill-Partenopei.

Problema żgħira li jista’ jxekkel dan it-trasferiment huwa l-prezz ta’ €40 miljun li l-president Aurelio de Laurentis qed jitlob lit-Toffees. Dawn tal-aħħar qed joffru €2 miljuni inqas meta tqis li mbagħad iridu jinkludu xi bonuses u flus oħrajn. 

Allan Marques Loureiro ilu ma’ Napoli sa mis-sena 2015 fejn skorja 11-il goal f’168 partita.

Share With: