Everton iridu lil Joshua King

Everton qed jippreparaw is-somma ta’ £15-il miljun biex jiksbu s-servizzi tal-iskorer prolifiku ta’ Bournemouth, Joshua King. Iċ-Cherries (kif inhuma magħrufa Bournemouth) lesti li jħallu lill-player internazzjonali Norveġiż jitlaq ladarba t-Toffees iżidu l-offerta tagħhom. Huma ġew relegati għaċ-Championship u għalhekk tidher ħaġa ċerta li l-istess King se jkun qed jitlaq minn Dean Court.

King għandu 28 sena u f’dawn l-aħħar ġimgħat huwa kien qed jissemma’ wkoll ma’ Manchester United. Huwa lagħab 161 partita ma’ Bournemouth u skorja 48 goal. Hu kellu esperjenzi wkoll ma’ Manchester United, Preston, Borussia Monchengladbach, Hull City u Blackburn Rovers.

Share With: