Exiles tajbin wisq għal Otters

Ritratt: Dominic Borg

Otters ………………… 5

Exiles ………………. 17

(0-3, 2-4, 0-4, 3-6)

Exiles kienu tajbin wisq għal Otters meta għelbuhom bl-iskor kbir ta’ 17-5 f’logħba li huma ddominaw mill-bidu sat-tmiem. B’hekk huma kisbu l-ewwel rebħa tal-istaġun. Għalihom spikka ferm il-player Mark Fenech li skorja ħames goals, waqt li għal Otters, l-aqwa skorer kien Edward Meli li skorja goal inqas, hekk kif irreġistra poker personali, bit-tlieta minn dawn l-erba’ goals għalih jaslu proprju fl-aħħar sessjoni.

Huma għamlu l-intenzjonijiet tagħhom ċari mal-ftuħ tal-partita u rebħu l-ewwel sessjoni bl-iskor ta’ 3-0, bil-goals jaslu minn Mark Fenech, Kurt Griscti u Jake Bajada.

Otters ippruvaw iwettqu xi tip ta’ reazzjoni fit-tieni sessjoni iżda xorta waħda sfaw megħluba bl-iskor ta’ 4-2, b’Edward Meli u Marc Lanzon minn sitwazzjoni ta’ man-up wara li tkeċċa David Fenech jiskorjaw għall-Għawdxin waqt li Nicky Paris, Aurelien Cousin, Mark Fenech u Kurt Griscti minn sitwazzjoni ta’ player iktar, wara li tkeċċa Dominique Zahra, sabu x-xibka għal Exiles.

Iżda fit-tielet sessjoni, irritorna d-dominju assolut minn Exiles fejn skorjaw erbgħa mingħajr risposta, bl-awturi tal-goals  ikunu Sean Xerri De Caro, Nicky Paris minn sitwazzjoni ta’ man-up meta tkeċċa Russell Caruana, Mark Fenech u Jake Bajada wara li tkeċċa Karl Scicluna.

Ir-raba’ sessjoni pproduċiet xejn inqas minn disa’ goals, b’Exiles ikunu huma li joħorġu rebbieħa bil-punteġġ ta’ 6-3. L-iskorers tagħhom kienu Simon Apap (2), Mark  minn man-up wara li tkeċċa Matthew Farrugia, Mark Fenech (2), Sean Xeri De Caro, li iżda tkeċċa ħames sekondi wara li rnexxielu jsib ix-xibka iżda Otters naqsu milli japprofittaw minn din it-tkeċċija, u Jake Bajada.

Min-naħa l-oħra, Edward Meli skorja t-tliet goals għal Exiles, bit-tieni u t-tielet jaslu minn man-up wara li tkeċċew Philip Paris u David Fenech rispettivament.

Otters: 1-Matthew Xerri, 2-Marc Lanzon (1), 3-Ray Caruana, 4-Luke Hyzler, 5-Edward Meli (4), 6-Luke Gialanze, 7-Karl Scicluna, 8-Gabriel Mizzi, 9-Daniel Dimech, 10-David Zahra, 11-Daniel Tully, 12-Stefan Xerri, 13-Darren Spiteri Coaches: Claudio Spiteri De Barro  Dean Camilleri

Exiles: 1-Matthew Castillo, 2-Jake Bajada (3), 3-Andrew Magri, 4-Philip Paris, 5-Timmy Sullivan, 6-Sean Xerri de Caro (2), 7-Mark Fenech (5), 8-Kurt Griscti (2), 9-Nicky Paris (2), 10-Aurelien Cousin (1), 11-Simon Apap (2), 12-Isaac Schembri – Coach: Igor Vukanovic

Referees: Peter Balzan, Alessandro Chimenti

Share With: