FAKE NEWS … Rapport ta’ tfajla fl-ITU mal-wasla tagħha f’Palermo

L-awtoritajiet fi Sqallija ċaħdu li tfajla li rritornat fil-gżira minn Malta kienet tinsab fit-taqsima tal-kura intensiva.

Rapport fuq ġurnal f’Palermo xandar li t-tfajla kienet qed tinżamm fl-ITU madankollu l-awtoritajiet tas-saħħa sostnew li ma kien hemm ħadd fl-istess taqsima bil-Covid-19.

Fl-istess waqt mezzi tax-xandir fi Sqallija attribwew l-ikbar numru ta’ każijiet ġodda s-Sibt għal persuni li ġew Malta.

Fil-fatt rapport minnhom qal li mis-46 każijiet ġodda li feġġew f’dan il-jum 13 kienu ta’ persuni li daħlu minn pajjiżna.

Share With: