Fenech insista li ma kienx se jaħrab … Vella u Schembri kellhom iħarrbuh jumejn qabel

Ninsabu f’Awla 20 tal-QOrti, hekk kif dalgħodu qed tkompli il-kumpilazzjoni tax-xhieda fil-konfront ta’ Yorgen Fenech

Fenech qiegħed jiġi akkużat li kien il-moħħ wara l-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia fl-2017.

Il-Maġistrat Rachel Montebello tippresedi.

Il-prosekuzzjoni qed titmexxa mid-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia, u l-Ispetturi Keith Arnaud u Kurt Zahra L-Avukati Marion Camilleri, Gianluca Caruana Curran u Charles Mercieca qegħdin jidhru bħala avukati difensuri għal Fenech

Fis-seduta preċedenti, xehed it-tabib Adrian Vella, u ikkonferma li għadda messaġġi bejn Keith Schembri u Yorgen Fenech waqt li dan tal-aħħar kien arrestat mill-Puliżija.

L-Avukat Jason Azzopardi qiegħed jidher parte civile għall-Familja Caruana Galizia

Il-Maġistrat Rachel Montebello tidħol f’Awla ppakkjata b’membri tal-midja kif ukoll membri tal-Familja tal-vittma u tal-akkużat.

2:00 pm: Jixhed ukoll l-Ispettur Zahra

Zahra saħaq li, fl-arrest ta Yurgen Fenech, li ttieħdietlu stqarrija maqsuma fuq erba’ CDs. Dan wara li t-talbiet tiegħu tal-proklama ġew miċħuda. Mill-20 ta’ Novembru, Fenech ingħata diversi police bails. L-ewwel interrogazzjoni saret disat ijiem wara.Zahra saħaq li l-interrogazzjoni bdiet wara li bil-fomm, sar jaf li l-proklama ma ntlaqatx.

Jirriżulta li dak li qal Fenech bejn u wara l-aħbar tal-proklama, kien hemm numru ta’ diskrepanzi. Minħabba l-battibekki inizjali li kien hemm bejn il-prosekuzzjoni u l-avukati difensuri, l-Ispettur Arnaud ma interrogax lil Fenech l-ewwel darba. L-avukati difensuri dakinhar kienu bdew jisħqu wkol li, minħabba li ċ-ċaħda tal-proklama ma ngħatax bil-miktub, ma setax jiġi interrogat.

Meta Fenech kien mistoqsi fuq il-bidu tal-pjan tal-qtil, Fenech qal li kien Keith Schembri li ġie bl-idea: “Jixtieq jeħles minnha għax kellu ħafna inkwiet.” Dan qalu b’mod dirett, kif ukoll indirett, sa sena u nofs wara li tela’ l-Labour. Schembri beda jgħaddi dan il-messaġġi fuq il-qtil ta’ DCG fil-bidu tal-2014.

Mistoqsi dwar l-involviment tiegħu, Fenech jgħid li Schembri beda jtambar ġo rasu li jixtieq li tinqatel DCG. Keith Schembri kien kważi kuljum imur għand Fenech, u jara x’se jagħmel biex jeħles minnha. Fl-2015, Schembri informa lil Fenech li kien sab lil xi ħadd, u kien għaddielu 30 elf. Dan il-pjan pero sfaxxa. Fenech jgħid li ma ġarax wisq wara dan, pero Schembri beda jħambaq biex jgħinu, għax ma setgħetx tibqa’ hekk.

Fit-tieni stqarrija, Fenech jitkellem iktar fuq il-pjan ta’ Melvin Theuma, li joqtlu lil Daphne. Ir-risposta ta’ Keith Schembri fuq dan il-pjan kien dejjem: “Mexxi, mexxi, mexxi.” Melvin Theuma kien qal lil Fenech li huwa kien ‘committed’ issa, għax ħareġ xi flus għall-qtil. Thuema kien ħallas €30 elf lil Degiorgio, xhieda kkorroborata mill-istess Theuma fl-ewwel stqarrija tal-pulizija. Meta mistoqsi għalfejn irid jeħles minn Theuma, Fenech saħaq li huwa kien iħossu mhedded, għaliex dawn l-agħar nies.

3:30 p.m: Fenech insista li ma kienx se jaħrab … Vella u Schembri kellhom iħarrbuh jumejn qabel

Fenech baqa’ jsostni li ma kienx ser jaħrab, pero kien sejjer Pozzallo. Saħaq: KIeku ried jaħrab, seta’ jaħrab jumejn qabel, għaliex Vella u Schembri kellhom iħarrbuh dakinhar.” Kellu jmur minn Għawdex, għal Tuneż, imbagħad Dubai, skont Fenech.

Zahra jikkonferma li l-intervista ma ġietx rekordjata b’mod awdjo-viżwali fuq talba tal-akkużat, pero saru r-rapporti neċessarji f’kontro-eżami mill-avukat tal-parte ċivile, Zahra saħaq li l-imputat huwa direttur ta’ diversi kumpaniji.

L-avukati difensuri joġġezzjonaw li jsir eżami mill-parti ċivile. Id-difiża tisħaq li l-parte civile mgħandhiex tiġi permessa tagħmel domandi diretti lix-xhieda li jiġu prodotti mill-bank tal-prosekuzzjoni. In vista tal-fatt li l-parte civile hija qrib l-istrateġija tal-prosekuzzjoni. Mistoqsijiet li ma jiġux magħmula mill-prosekuzzjoni, ħabba li dawk diretti, isiru b’mod dirett tal-parte civile. B’hekk, l-avukat difensur qiegħed jisħaq li qegħda tiġi mittiefsa l-għan tal-liġi.

Azzopardi jkompli jistaqsi lil Zahra jekk qattx kien involut ma xoħgol relatat ma pestiċidju. Mistoqsi fuq id-diskrepanzi li huwa semma fix-xhieda ta’ Fenech, Zahra ċċara li huwa kien qiegħed jirreferi għall-investigazzjonijiet li kienu qegħdin isiru, foshtom verżjoni ta’ Theuma, ta’ Fenech, ta’ xhieda oħra.

Fil-preżent, hemm 11-il investigazzjoni ta’ natura ekonomika relatata mal-intrapriżi ta’ Fenech.

10:00 a.m: Ikompli l-kontro eżami tal-Ispettur Prosekutur Keith Arnaud

Mistoqsi minn Charles Mercieca fuq l-ammont ta’ persuni li għandu Arnaud fit-tim investigattiv tiegħu, l-Ispettur wieġeb li hemm total ta’ 15-il persuna. Huwa spjega wkoll li riċentament it-task force kienet miżjuda bi tliet membri tal-Ispettur Zahra, kif ukoll disa’ persuni oħra mit-tim.”

Bejn Novebru u riċenti, baqgħu l-istess ammont ta’ nies. Riċentament naqas wieħed għax ġie promoss, pero dak iż-żmien tal-arrest kienu ħamsa.

“It-task force, fejn jidħol l-omiċidju, hemm l-uffiċċju tiegħi, ta’ Zahra kif ukol uffiċċju ieħor bi tnejn nies”, tenna l-Ispettur.

Dawn jinkludu lil Arnaud, Kurt Zahra, Surġent Josef Gerada, Surġent Brady Zammit, Surgent Karin Scerri, Surgent Sven Sammut, u Kuntastabbli Wayne Block.

Mistoqsi fuq il-koordinament mal-Europol, Arnaud saħaq li kien hemm diversi jikkordinaw. “L-irwo,l tal-Europol kien maqsum fi tnejn: Dawk appuntati bħala Court Exports, u dawk li minn Ottubru tal-2017 għadhom jappoġġjawna bħala xogħol tal-pulizija.”

Court Experts jkellmu lili u lil Nicky Vella, pero dawk li jappoġġjaw ix-xogħol tal-pulizija, kollha jistgħu jkollhom kuntatt mal-Europol, anke membri minn skwadri oħra fuq investigazzjonijiet relatati.

Membri tal-Europol li assenjati biex jikkomunikaw magħna huma tnejn, pero jista jkun li kienu sejħu persuni oħra mill-Europol biex jgħinuhom. Ġieli kien hemm tnejn, jew tlieta oħra, matul is-sentejn li għaddew, skont il-bżonn li kien hemm.

Dakinhar li ġie arrestat Melvin Theuma, kien hemm l-esperti, kif ukoll żewġ persuni (l-imsemmija) li kienu qegħdin jikkomunikaw magħna.

Argument bejn l-avukat Mercieca u l-Ispettur Arnaud dwar jekk kienx qiegħed jaqra min-noti, jew inkella jikteb.

Arnaud saħaq li huwa arresta darbtejn lil Keith Schembri; Fis-26 ta’ Novembru 2019, għall-ħabta tas-7:00 a.m, u dam arrestat sal-għada billejl f’11:50 p.m. Huwa ngħata police bail fit-28 ta’ November 2019. Huwa ġie msejjaħ fuq police bail u baqa’ sad-29 ta’ Novembru filgħaxija. Spjega li hu kien ħadlu tliet stqarrijiet, waħda twila kważi sagħtejn, oħra kważi siegħa, u l-oħra damet 40 minuta.

11:00 a.m: Il-ħin li fih isir l-arrest jiddetermina kemm ikun hemm bżonn uffiċjali

Mistoqsi minn Mercieca jekk kienx hemm suspett raġonevoli li seta’ jwassal għall-arrest ta’ Schembri, huwa saħaq li kien diġà mitkellem. Mistoqsi fuq Kenneth Camilleri, Arnaud saħaq li huwa kellmu l-aħħar darba ftit qabel ma tela’ jixhed. B’kollox, kien hemm żewġ drabi oħra fejn il-Pulizija tkellmu miegħu, fit-22 u 27 ta’ Novembru tal-2019.

Il-Qorti tikkonferma li Camilleri xehed f’Ġunju tal-2020, allura il-Pulizija kelmet lil Camilleri ftit jiem qabel dak ix-xahar. Fl-istqarrijiet ta’ Camilleri mal-Pulizija, huwa kien xehed li qatt ma ltaqa’ ma Fenech.

Camilleri tkellem ftit wara Melvin Theuma, wara li Theuma qalilna li kien Camilleri li offra l-pledge lil Theuma. Camilleri beda jsemmi b’mod vag xi flus, pero ma tax is-somma ta’ tliet miljuni.

Vella kien mibgħut l-aħħar f’Diċembru tal-2019. Minn dakinhar, Arnaud ma reġax kellem lil Vella Arnaud saħaq li lil Vella ħadlu erba’ stqarrijiet: Dam arrestat mis-26 ta’ Novembru sa dik il-ġurnata stess.

Mistoqsi fuq kemm pulizija marru jarrestaw lil Vella, Arnaud saħaq li kien hemm tlieta jew erba’ pulizija. Mistoqsi għalfejn marru tnejn biss jarrestaw lil Keith Schembri, Arnaud saħaq li dan minħabba li l-ħinijiet tal-ġurnata kienu differenti.

12:00 p.m: Il-Ġojja dejjem għażel li ma jitkellimx

Fuq Edgar Brincat, il-Ġojja, Arnaud qal li ttieħdet stqarrija, pero kien arrestat darbtejn. Fl-istqarrija tiegħu ta’ 35 minuta, il-Ġojja dejjem qal: “M’iniex ħa nitkellem.”

“Riċentament, meta tlabt il-call data ta’ Brincat, wara Ġunju 2020, rajt li kien hemm telefonati bejn Brincat u l-eks Kummissarju Cutajar. Lawrence Cutajar kkomunika mal-Ġojja qabel ma ta d-despożizzjoni tiegħu”, kompla l-Ispettur.

Wara din l-informazzjoni, Arnaud saħaq lii ma reġax sejjaħ lill-Ġojja d-depot. Mistoqsi jekk bgħattx għal Cutajar fuq din it-telefonata, huwa qal le.

Mistoqsi mill-Avukat Difensur fuq jekk ħassx li kellu jibgħat għal Ġojja jew Cutajar, il-Qorti qalet lil Arnaud biex ma jweġibx jekk l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin. Mistoqsi jekk il-Ġojja kienx sema xi recordings mill-Pulizjia, huwa qal le.

Mistoqsi mill-Avukat Difensuri fuq jekk ħassx li kellu jibgħat għal Ġojja jew Cutajar, il-Qorti qalet lil Arnaud biex ma jweġibx jekk l-investigazzjonijiet għadhom għaddejjin.

Mistoqsi jekk il-Ġojja kienx sema xi recordings mill-Pulizjia, huwa qal le.

Arnaud saħaq li huwa kellem lil Melvin seba’ darbiet, fosthom diversi drabi f’Novembru. L-aħħar darba li tkellmu ma Melvin kien fl-4 ta’ Ġunju 2020.

Dwar Cutajar, Arnaud saħaq li “Jien m’għandix x’ngħattilu lil Cutajar, u m’għandix għalxiex.”

L-avukati qegħdin isaqsu kemm ġew elevati mowbajls minn Melvin Theuma. Qegħdin jisħqu li hemm informazzjoin fuq dawn il-mowbajls li qegħda tiġi miżmuma u mistura mill-Pulizija.

Il-Pulizija qiegħed tinnega dan, u l-Qorti mhix qiegħda tagħti permess li informazzjoni pertinenti għall-inkjesta maġisterjali l-oħra, mmexxija minn Nevile Camileri, ma tistax tixxandar hawnhekk.

L-avukat difensur Charles Mercieca qiegħed jisħaq li hemm bżonn li jekk hemm informazzjoni f’idejn il-Pulizija, fuq il-prinċipju ta’ ugawljanza tal-evidenza, għandah tingħata lid-difiża wkoll.

Arnaud jisħaq il l-allegazzjoni li l-Pulizja qiegħda żżomm affarijiet misturi mhix vera. “Aħna ma konnhiex nafu li fil-kumplament tal-affarijiet maqbdua, hemm informazzjoni relevanti. Għalhekk ġibna l-ewwel informazzjoni fil-kaxxa ta’ Theuma.”

“Fi Frar sirna nafu li kien hemm informazzjoni relevanti għall-każ. Jiena susegwentament għidt li ħa jiġu esebiti wara dawn il-proċeduri. Arnaud jikkonferma li dawn ħa jiġu esebiti: “Il-Qorti fehmet il-pożizzjoni tagħna, u nifhem li fil-ġimgħat li ġejjin, dawn l-affarijiet ser jiġu esebiti wkoll.”

Dr Mercieca jivverbalizza: “Jidher ċar li l-prosekuzzjoni għandha viżibilità totali tal-kontenut totali tal-inkjesta, u provi, li d-difiża qiegħda titħalla fid-dlam konsegwenza li l-prosekuzzjoni qegħda tiddeċiedi hi, u hi biss, x’għandu jiġi mistur.

12:30 p.m: Il-kumplament tal-kontenut relevanti miksuba mingħand Theuma u Fenech se jiġu ppreżentati fil-ġimgħat li ġejjin

Fil-kontro verbal, il-Prosekuzzjoni qegħda tisħaq il l-kontenut li qiegħda tagħmel referenza għalih d-difiża, ġie miksub u mogħti lilha fuq talba li għamlet il-Pulizija biex tkompli tissokta l-investigazzjoni. L-investigazzjoni fil-fatt tinsab għaddejja, u fil-ġimgħat li ġejjin, ser jiġu preżentati il-kumplament tal-kontenut rilevant, miksub mill-apparat li ġie rilevant mingħand Melvin Theuma u l-qraba tiegħu, kif ukoll l-oġġetti kollha li ġew maqbuda mingħand Yurgen Fenech.”

Id-dewmien li għalih s’issa għadhom ma ġewx esebiti l-kontenut relevanti mill-oġġetti ta’ Melvin Theuma jirriżulta għal żewġ raġunijiet:

1) Meta ġie ppreżentat il-kontenut tal-hardrive, il-Pulizija u l-prosekuzzjoni ma kinitx konxja li jeżisti iktar kontenut rilevanti ma’ dan il-każ fl-apparati l-oħra.

2) Dwar li saret konxja fuq dan il-kontenut, issoktat l-investigazzjoni u talbet lil din il-Qorti biex ma jiġix preżentat dan it-tali kontenut biex ma tiġix preġudikata l-investigazzjoni hekk kif il-liġi tippermetti skont il-Kodiċi Kriminali.

Fir-rigward tal-kontenut tal-oġġett maqbuda mingħand Yurgen Fenech, l-investigazzjoni wkoll għadha għaddejja. Xorta sal-lum, qas jistgħu jiġu esebiti, għax dan dipendenti mill-esperti.

Mistoqsi fuq min jiddeċieidi fuq x’evidenza hija relevanti, Arnaud jispjega li nġabru ħafna evidenza anke mill-qraba ta’ Theuma.

“Dak li jista jkun mhix relevanti għalija, jista jkun għalikom ovjament.” Arnaud jispeċifika li dan l-apparat jinkludu laptop, telefown ċellulari tal-familjari ta’ Theuma, li uħud minnhom jistgħu jkunu ta’ Theuma stess.

Arnaud jisħaq li fuq l-evidenza li hemm fuq il-hard drive, jista’ jsib kontenut tal-mowbajl ta’ Theuma. Mistoqsi minn Mercieca jekk hemm xi tapes neqsin, Arnaud jisħaq li ma jafx, u stieden lill-avukat difensuri biex jelenkaw x’inhu nieqes.

Arnaud kompla li “Dak li żviluppa f’Lulju, peress li l-Europol qalu li kien hemm software error, biex jerġgħu jagħmlu re-extraction tad-devices kollha”. Għaddej eżerċizzju ieħor, biex jiġi ggarantit li hemm video recordings oħra.

1:00 p.m: Nies fi ħdan il-Korp tal-Pulizija relevanti mal-każ li għandhom aċċess għal oġġetti prelevati

Arnaud jirrispondi għad-domandi tal-avukati difensuri: “Kull oġġett prelevat mill-Pulizija, qiegħed għand it-taskforce. Aħna għandna kopja biss kif mibgħut mill-Court Expert.”

Mistoqsi fuq jekk xi ħadd għandux aċċess għall-mowbajl ta’ Fenech, Arnaud wieġeb li huma nies fi ħdan il-Korp tal-Pulizija relevanti mal-każ li għandhom aċċess. Oltre l-membri tat-taskforce, skont Arnaud, ħadd m’għandu aċċess għall-mowbajl.

Mistoqsi fuq Mercieca fuq l-aħħar leak li kien hemm llum fuq il-gazzetti, anke dalgħodu, Arnaud saħaq li hemm investigazzjoni u inkjesta maġisterjali relatati ma’ dawn il-leaks. Mercieca saqsa jekk Arnaud tkellimx mal-membri tat-taskfroce fuq dawn il-leaks, huwa wieġeb iva b’mod informali, “mhix b’mod uffiċjali. Ma saqsejtx għax hemm investigazzjoni u inkjesta maġisterjali. Mhix jiena rrid nistaqsi, xogħol min qiegħed jagħmel l-investigazzjoni.”

Dr Mercieca qiegħed jisħaq li Melvin Theuma kien jaf li ser jiġi arrestat mill-Pulizija u qiegħed jistaqsi jekk kienx hemm iktar recordings moħbijin. Arnaud wieġeb li ma jafx, u saħaq li nstabu ħafna evidenza biżżejjed biex jiġi arrestat fuq każijiet ta’ ħasil ta’ flus.

Il-Kontro-eżami sospiż.

Share With: