FILMAT: Għexieren mejtin u eluf jindarbu fi splużjoni kbira f’Bejrut; “Hawn kaos fit-toroq”

Għexieren ta’ persuni mietu filwaqt li eluf oħrajn indarbu fi splużjoni kbira li heżżet lill-kapitali tal-Libanu, Bejrut. L-isplużjoni, li nqabdet minn diversi filmati li ġew ippubblikati fuq il-midja soċjali, seħħet fiż-żona tal-port tal-belt. Kaġun tal-isplużjoni il-binjiet fiż-żona immedjata tal-isplużjoni sofrew diversi ħsarat.

S’issa għadu mhux magħruf xi kkaġuna l-isplużjoni.

Il-Ministeru għas-Saħħa Hamad Hassan qal li mijiet indarbu kaġun tal-isplużjoni.

Filmati tal-isplużjoni mxandrin minn Al Jazeera juru kolonna ta’ duħan tiela’ minn żona tal-port li tospita mħażen kbar.

Il-ġurnalist ta’ Al Jazeera, Zeina Khodr, qal li kien jinsab diversi kilometri ’l bogħod mill-isplużjoni madankollu qal li l-ħġieġ tar-residenzi tal-madwar kollha nkisru. Huwa tenna li l-isplużjoni nħasset minn madwar il-belt kollha. “Hawn kaos fit-toroq,” huwa żied jgħid.

Intant f’kumment li għamel il-Ministru għall-Intern Byron Camilleri qal li attwalment stazzjonati fil-Libanu hemm għaxar suldati tal-Forzi Armati ta’ Malta. Il-Ministru Camilleri permezz ta’ messaġġ fuq Facebook ikkonferma li s-suldati lkoll jinsabu tajbin.

Share With: