FILMATI GRAFIĊI: Żewġ persuni jinqatlu fi protesti f’Wisconsin hekk kif tkompli teskala l-vjolenza

Żewġ persuni nqatlu b’tiri ta’ arma tan-nar fl-istat Amerikan ta’ Wisconsin hekk kif komplew il-protesti kontra l-pulizija wara li li filmat ippubblikat fil-jiem li għaddew juri lil uffiċjali tal-pulizija jisparaw f’dahar raġel ta’ karnaġġjon skur.

Il-pulizija tal-belt ta’ Kenosha fi stqarrija qalu li rrispondew għal rapporti ta’ diversi tiri, f’liema inċident indarbu numru ta’ persuni.

Il-pulizija ma pprovdietx aktar informazzjoni dwar l-aggressuri u l-vittmi.

Julio Rosas, ġurnalist li kien fuq il-post, ippubblika filmat fuq Twitter li juri lil raġel jaqa’ qabel ma spara diversi tiri fuq il-folla miġbura.

Share With: