FL-AĦĦAR ĦIN: Il-MAM tissospendi temporanjament l-azzjonijiet industrijali

Fi stqarrija maħruġa fl-aħħar ħin, il-MAM qalet li wara laqgħa li kellha mad-Deputat Prim Ministru u Ministru għas-Saħħa Chris Fearne, l-azzjonijiet industrijali għal nhar it-Tnejn ġew sospiżi temporanjament.

L-istqarrija tgħid li nhar it-Tlieta se jkun hemm laqgħa oħra biex ikunu diskussi kwistjonijiet oħra relatati mal-COVID-19 u attivitajiet tal-massa. Fil-fatt l-azzjonijiet industrijali ġew sospiżi għall-Erbgħa 5 ta’ Awwissu.

Share With: