“Fl-aħħar sitt ġimgħat iġġilidt l-impossibbli, issa strieħ”

Imut iż-żagħżugħ li kienet inħarqitlu d-dgħajsa fl-Imġarr Għawdex

Ritratt: ROGER AZZOPARDI

Karl Pace, iż-żagħżugħ ta’ 34 sena li f’Ġunju li għadda nħarqitlu d-dgħajsa fl-Imġarr Għawdex miet aktar kmieni llum. Pace fil-mument li ħadet in-nar id-dgħajsa kien fiha u b’konsegwenza ta’ dan 60% ta’ ġismu safa maħruq. F’dan l-inċident ħadu n-nar tliet jottijiet oħra

Intant numru ta’ ħbieb sellmu l-memorja taż-żagħżugħ Pace fuq il-midja soċjali, b’messaġġ partikolari jgħid li fl-aħħar sitt ġimgħat Pace iġġieled l-impossibbli u li issa huwa l-mument li jistrieħ. 

Share With: