“F’Malta bdiet it-tieni mewġa tal-pandemija tal-Covid-19” – L-MUMN

L-MUMN min-naħa tagħha qalet li wara diskussjonijiet li damu madwar 7 sigħat, intlaħaq qbil bejn il-partijiet konċernati u b’hekk se tkun qed tissospendi l-azzjonijiet industrijali li kellhom jibdew minn dalgħodu.

L-MUMN żiedet tgħid li tinsab konxja li se jkun hawn żieda drastika fil-każi ġodda tal-Covid-19 sa mil-lum stess. Qalet ukoll li dawn in-numri mistennija jkomplu jiġu reġistrati għal numru ta’ ġimgħat. Għamlitha ċara li f’pajjiżna bdiet it-tieni mewġa tal-pandemija tal-Covid-19.

Aqra wkoll:

L-MUMN tissospendi l-azzjonijiet industrijali mil-lum stess
Share With: