Folol ta’ nies jattendu għal festival massiv tal-mużika f’Wuhan… ħadd minnhom bil-maskri

Matul tmiem il-ġimgħa li għaddiet, dilettanti tal-clubbing inġabru flimkien f’water park f’Wuhan biex jieħdu sehem f’festival tal-mużika.

Kien il-Wuhan Maya Beach Water Park li matul tmiem il-ġimgħa kien mimli bin-nies li attendew għal dan il-festival tal-mużika elettronika. Jidher li kienu biss ftit li libsu maskri protettivi. 

Ta’ min wieħed ifakkar li Wuhan kien il-post minn fejn hu maħsub li oriġinat il-Coronavirus u għamel 76 ġurnata f’lockdown biex jonqos it-tixrid tal-virus. 

Intant, jidher li l-water park ħa miżura biex naqqas l-entratura b’nofs in-nies ħalli ma jkunx hemm folol akbar minn suppost. Madankollu, dan ma jidhirx li għen lin-nies biex iżommu d-distanza soċjali. 

Share With: