Formula 1: Valtteri Bottas fil-pole position tal-GP ta’ Silverstone

Is-sewwieq tal-Formula Wieħed, il-Finlandiż Valtteri Bottas (Mercedes) għeleb lill-kollega tiegħu, il-Britanniku Lewis Hamilton, fil-provi uffiċjali tal-Grand Prix ta’ Silverstone biex illum se jibda mill-ewwel pożizzjoni proprju fis-70 anniversarju tal-kampjonat tat-tiġrijiet tal-ka­rozzi.

Huwa rreġistra ħin ta’ mi­nuta u 25.154 sekondi min­kejja li Hamilton kien l-aktar veloċi fis-żewġ sessjo­nijiet preċedenti u għal­daqstant din hija t-tieni pole position tiegħu tal-istaġun wara dik tal-Awstrija.  

Dawn iż-żewġ postijiet ikomplu jikkonfermaw id- dominanza tal-Mercedes.

Mit-tielet pożizzjoni se jibda l-Ġermaniż, Nicol Hulkenburg (Racing Point) segwit mill-Olandiż, Max Verstappen (Red Bull), l-Awstraljan Daniel Ricciardo (Renault), il-Kanadiż Lance Stroll (Racing Point), il-Franċiż Pierre Gasly (Alpha Tauri) u s-sewwieq minn Monaco, Charles Leclerc (Ferrari).

Il-klassifika ġenerali bħalissa qed taqra hekk: 88 – Lewis Hamilton; 58 – Valtteri Bottas; 52 – Max Verstappen; 36 – Lando Norris; 33 – Charles Leclerc; 26 – Alexander Albon; 22 – Sergio Perez; 20 – Lance Stroll, Daniel Ricciardo; 15 – Carlos Sainz Jr; 12 – Esteban Ocon.

Share With: