Franck Ribery kuntent ma’ Fiorentina

L-attakkant veteran Franċiż, Franck Ribery, stqarr li hu kuntent li Fiorentina se jikkonfermaw lill-coach tagħhom Beppe Iachini għal staġun ieħor. Huwa stqarr li għall-istaġun li ġej iridu jtejbu l-livell tagħhom jekk iridu jiksbu post f’kompetizzjoni Ewropea fis-sena 2021.

Ribery tkellem ukoll dwar il-belt ta’ Firenze li ddeskriviha bħala  waħda affaxxinanti u li dejjem jiskopri xi ħaġa ġdida kull meta jżurha. Il-player ta’ 37 sena qal li minkejja li ġie misruq f’daru kiesaħ u biered, xorta waħda jinsab kuntent fl-ewwel xhur tiegħu fil-peninsola Taljana. 

Ribery kompla jitkellem dwar Iachini fejn iddeskrivih bħala coach bravu li jagħtik ċertu motivazzjoni li tħossha waqt il-logħob.

Ribery ingħaqad ma’ Fiorentina fis-sajf tas-sena l-oħra u lagħab 21 partita filwaqt li skorja tliet goals.

Share With: