Franco Debono jikkunsidra jidħol fit-tiġrija?

Dwar is-sitwazzjoni preżenti fil-PN ma naqasx ukoll li jkun involut fid-diskussjoni l-eks Membru Parlamentari Nazzjonalista Franco Debono, li fl-istil tipiku tiegħu, ppubblika numru kbir ta’ messaġġi li allegatament huwa rċieva mingħand persuni qrib il-Partit Nazzjonalista, liema messaġġi kienu qegħdin jitolbuh biex jerġa jissieħeb fi ħdan il-Partit Nazzjonalista.

Filwaqt li Debono bl-ebda mod ma kkonferma d-deċiżjoni tiegħu, huwa rringrazzja lil dawk in-nies li kienu qegħdin jappoġġjawx, “u qegħdin tinkoraġuni biex nagħti sehmi. Qiegħed nismagħkom b’attenzjoni. Dan huwa l-mument tal-verità.”

Huwa u jindirizza ċertu fazzjonijiet fi ħdan l-istess Partit, huwa xandar dawn il-messaġġi taħt il-messaġġ: “Trid nurikom lil min iridu n-nies fil-PN? Mela ħa nurikom. Għalhekk ma tiħdux ruħ, għax lil min iridu n-nies, qiegħed barra.”

Share With: