Futur inċert għal Cengiz Under

Il-winger lemini Tork Cengiz Under tpoġġa fil-lista ta’ players li se jkunu qed jitilqu lil Roma. Il-player kien fl-iskwadra Giallorossa fil-logħba mirbuħa bl-iskor ta’ 3-1 kontra Juventus u daħal jilgħab minflok Nicolo Zaniolo.

Attenti għal dak li qed jiġri hemm Napoli li qed joffru s-somma ta’ €31 miljun sabiex jiksbu l-firma tiegħu. Minkejja kollox, Under mhuwiex fil-lista ewlenija tal-Giallorossi, bid-direttur sportiv tagħhom Cristiano Giuntoli qed jara iktar l-akkwist ta’ Federico Bernardeschi mingħand Juventus bħala parti mit-trattativa biex jaslu għal Arkadiusz Milik.

Sadanittant Under qed jistenna bil-ħerqa x’se jkun il-futur tiegħu. Matul dan l-istaġun huwa lagħab 17-il partita mal-Giallorossi u skorja tliet goals.

Share With: