Futur pożittiv għal Rodrigo Bentancur

Il-futur tal-midfielder ta’ Juventus, Rodrigo Bentancur, jidher wieħed pożittiv. Dan kollu minħabba li l-wirjiet tiegħu kienu eċċezzjonali bil-coach Maurizio Sarri jfaħħar il-kwalitajiet tekniċi li għandu l-player Urugwajan f’nofs il-ground.

Ħafna qed iqisu lil dan il-player bħala l-werriet naturali ta’ Miralem Pjanic li ħalla lil Bianconeri sabiex ingħaqad ma’ Barcelona.

Min-naħa tiegħu, Bentancur jinsab ferm kuntent maċ-champions Taljani. Huwa ngħaqad magħhom fis-sajf ta’ tliet snin ilu mingħand Boca Juniors. Minn dakinhar ‘l hawn huwa lagħab 81 partita u skorja goal wieħed biss.

Share With: