Għada mistenni jidħol l-MSC Grandiosa f’Malta… “il-crew u l-passiġġieri ttestjati u ħadd m’għandu l-virus”

Ritratt: ROGER AZZOPARDI

Għada mistenni jidħol f’pajjiżna l-ewwel cruiseliner li qiegħed jagħmel vjaġġ fil-Mediterran. Dan hu l-cruiseliners MSC Grandiosa li telaq minn Genoa nhar il-Ħadd. 

Dan mistenni jkun test importanti għal dan is-settur fis-suq tal-Mediterran. 

F’kumment lil inewsmalta, il-Kap Eżekuttiv tal-Valletta Cruise Port, Stephen Xuereb qal li l-ekwipaġġ u l-passiġġieri ġew ittestjati qabel ma telqu u m’hemm ħadd minnhom li hu infettat bil-virus. Barra hekk, qalilna li t-terminal jinsab ippreparat bil-miżuri kollha ħalli jilqa’ lil dawn it-turisti fiċ-ċirkostanzi ġodda li qegħdin ngħixu fihom.  

Il-Grandiosa hu parti mill-flotta tal-MSC, li bħalissa jinsab fi triqtu minn Palermo lejn Malta. 

Il-kumpanija kompetitriċi tagħhom, il-Costa Cruises, għażlet li tibda bil-cruises minn Settembru, hekk kif qalet li trid tiggarantixxi sigurtà massima lill-mistednin, lill-ekwipaġġ u lill-komunitajiet tal-pajjiżi fejn iżżur. 

Share With: