Għada se jkunu qed jitħabbru miżuri ġodda bil-għan li titnaqqas ir-rata tal-infezzjonijiet

 Il-Prim Ministru Robert Abela ħabbar li ser jitħabbru miżuri ġodda “biex tiġi miġġielda r-rata ta’ infezzjonijiet, filwaqt li nassiguraw l-kontroll tas-sitwazzjoni. Dan ser ikun abbażi ta’ perspettiva bbilanċjata li tipproteġi l-ħajja u l-għajxien taċ-ċittadini Maltin.”

Abela ħabbar dan wara li huwa kellu laqgħa imsejħa “kostruttiva” mad-Deputat Prim Ministru u Ministru tas-Saħħa Chris Fearne, u s-Supretendent tas-Saħħa Pubblika Charmaine Gauci.

Din il-laqgħa seħħet fl-isfond hekk kif Malta rat it-tieni l-ikbar numru ta’ każijiet ġodda mindu feġġet il-Covid19, hekk kif f’24 siegħa nstabu 63 każ minn 2,142 ‘swab test’.

Ilbieraħ Malta esperjenzat l-ogħla rata hekk kif kienu feġġew 72 każ ġdid.

Share With: