AĠĠORNAT: Għawwiem imut wara li jsib ruħu f’diffikultà fil-baħar f’Kemmuna

Raġel ta’ 42 sena residenti San Pawl il-Baħar, tilef ħajtu waqt li kienet qed jgħum fil-limiti tal-Għerien ta’ Santa Maria, f’Kemmuna. 

L-inċident seħħ għall-ħabta tat-3.00 p.m.

Mill-ewwel investigazzjonijiet tal-Pulizija jirriżulta li r-raġel sab ruħu f’diffikultà waqt li kien qed jgħum. Huwa ngħata l-ewwel għajnuna medika mill-membri tal-ERRC u ġie meħud il-Port tal-Imġarr. Hemmhekk, kien hemm tim mediku mill-Isptar Ġeneral t’Għawdex għal aktar assistenza iżda sfortunament ir-raġel ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post mit-tabib tal-emerġenza. 

Bil-każ infetħet inkjesta mmexxija mill-Maġistrat Brigitte Sultana li ħatret diversi esperti sabiex jassistuha.  

Il-Pulizija tad-Distrett għadha għaddejja bl-investigazzjonijiet tagħha dwar il-każ. 

Share With: