Giacomo Bonaventura bejn diversi clubs

Il-player ta’ nofs il-ground ta’ AC Milan Giacomo Bonaventura ġie propost biex jingħaqad ma’ Lazio f’dan is-suq tat-trasferimenti tas-sajf. Huwa se jagħlaq 31 sena l-ġimgħa d-dieħla u jista’ jingħaqad ma’ min irid peress li ntemmlu l-kuntratt mar-Rossoneri.

Diversi huma l-clubs li qed ifittxu l-firma tiegħu u dawn jinkludu Hellas Verona, Atalanta, Benevento u Crotone. Lazio jafu jkunu s-soluzzjoni għal dan il-player li jixtieq ikompli jilgħab fl-aqwa livelli tal-football Taljan.

Matul dan l-istaġun Bonaventura skorja erba’ goals u wettaq sitt assists f’34 partita kompetittiva li lagħab mat-team mill-belt ta’ Milan.

Share With: