Giacomo Bonaventura jista’ jibqa’ ma’ AC Milan

Il-winger Taljan, Giacomo Bonaventura, jista’ saħansitra jibqa’ ma’ AC Milan ftit jiem biss meta kien mistenni jitlaq lill-club. Jidher li kien il-kollega Zlatan Ibrahimovic li tkellem personalment ma’ Bonaventura b’dan tal-aħħar qed jaħsibha serjament ikomplix l-avventura tiegħu fil-belt tan-naħa ta’ fuq tal-Italja.

L-aġent tiegħu, Mino Raiola, se jkun qed jipproponi ffirmar ġdid tal-kuntratt għalkemm qed jistenna x’se tkun id-deċiżjoni tal-istess Bonaventura.

Sadanittant Torino, Atalanta, Roma, Benevento u Fiorentina, kollha kitbu lil Milan sabiex forsi jakkwistaw is-servizzi tiegħu.

Bonaventura għandu 30 sena u ilu ma’ Milan sa mis-sena 2014 fejn lagħab 155 partita u skorja 30 goal.

Share With: