Gianluca Rocchi jirtira bħala referee

Ir-referee internazzjonali Taljan, Gianluca Rocchi, irtira minn din il-karriera tant prestiġjuża li kellu wara li jumejn ilu kkontrolla l-aħħar partita tiegħu bejn Juventus u Roma li ntlagħbet fl-Allianz Stadium ta’ Turin.

Għal Rocchi din kienet il-263 partita li kkontrolla.  Huwa qal li l-aħħar mumenti jirreffja din il-logħba mill-kampjonat Taljan kienu ferm emozzjonanti. Huwa rringrazzja lill-players Giallorossi u Bianconeri talli fl-aħħar tal-logħba nġabru madwaru u tawh applaws xieraq. Fuq kollox huwa xtaq irodd ħajr lill-assoċjazzjoni tar-referees Taljani u l-FIGC li tawh opportunitajiet kbar kemm ilu jikkontrolla l-logħob sa mis-sena 2003.

Rocchi sar referee tal-FIFA fis-sena 2008 biex sentejn wara kellu l-opportunitá jieħu wkoll appuntament mal-UEFA.

Share With: