Gianni De Biasi coach tal-Azerbaijan

Hekk kif Gianni De Biasi ġie kkonfermat bħala l-coach il-ġdid tat-team nazzjonali tal-Azerbaijan, sar magħruf ukoll l-istaff  li se jaħdem miegħu.

Il-coach ta’ 64 sena se jaħtar żewġ assistenti u dawn huma Benito Carbone u Claudio Bellucci filwaqt li se joħloq rwol ġdid f’Federico Turriziani li se janalizza l-logħbiet li jilagħab dan it-team nazzjonali. 

L-Azerbaijan jinsabu fil-114-il pożizzjoni fil-klassifika tal-FIFA u qabel De Biasi, il-coach tagħhom kien Nikola Jurcevic mill-Kroazja. Huwa dam biss 10 xhur fil-kariga sakemm tefa’ r-riżenja tiegħu. 

De Biasi għandu esperjenza vasta f’dak li għandu x’jaqsam coaching meta mexxa diversi timijiet Taljani kif ukoll wassal lit-team nazzjonali Albaniż sabiex jikkwalifika għall-kampjonat Ewropew 2016. 

Share With: