Hertha Berlin juru interess f’Ricardo Rodriguez

It-team li jilgħab fil-Bundesliga Ġermaniża, Hertha Berlin, qed juru interess fil-player internazzjonali Svizzeru Ricardo Rodriguez. Dan tal-aħħar mhux qed jiġi kkunsidrat mill-club tiegħu AC Milan għall-istaġun li ġej u ngħata parir sabiex ifittex club ieħor.

Għall-bidu kien hemm interess minn Lokomotiv Moscow għalih iżda dan kollu sfaxxa fix-xejn hekk kif il-player deher li ma tantx kien interessat f’din l-offerta. 

Rodriguez irritorna fl-iskwadra tar-Rossoneri wara perjodu ta’ self ma’ PSV Eindhoven u l-kuntratt attwali tiegħu jiskadi f’Ġunju tas-sena d-dieħla. 

Hertha Berlin spiċċaw fl-għaxar post tal-klassifika tal-Bundesliga meta kisbu 41 punt minn 34 logħba.

Share With: