Id-Deputat Ivan Bartolo jagħti x’jifhem li lest iċedi postu għal Bernard Grech

Ivan Bartolo, deputat Nazzjonalista u wieħed mill-“eroj blu” li sfiduċjaw lill-Kap tal-Oppożizzjoni attwali Adrian Delia għal tliet darbiet infila qed ikompli jagħti x’jifhem li jekk ikun elett Bernard Grech bħala Kap tal-PN, hu jċedilu l-post Parlamentari tiegħu.

Fuq is-sit ta’ Facebook, Bartolo kienet qiegħed iwieġeb għal artiklu li deher f’waħda mill-gazzetta lokali dwar din il-possibilità, dejjem jekk l-avukat Bernard Grech jirbaħ it-tiġtija għall-Kap kontra Adrian Delia. Bartolo kiteb li jagħmel dan il-ġest “fl-interess tas-sens komun.” Kompla jgħid li jekk it-tesserati jagħżlu lil Grech, ikunu jridu l-Kap il-ġdid li jitlaq jiġri mill-ewwel.

Ta’ wieħed jinnota li d-Deputat Nazzjonalista Herman Schiavone, li xi darba kien mequs bħala “leali lejn Deia” wkoll jixtieq joffri s-siġġu Parlamentari tiegħu jekk ikun hemm il-bżonn.

Share With: