Igli Tare kkritikat wara dikjarazzjonijiet fuq Silva

Sigħat qabel it-trasferiment tal-attakkant Spanjol, David Silva, minn ma’ Manchester City għal ma’ Real Sociedad tkellem id-direttur sportiv ta’ Lazio, Igli Tare, li sostna li jirrispetta lil dan il-player għal dak li jagħmel fil-ground milli bħala raġel.

Din id-dikjarazzjoni ġiet ikkritikata mill-opinjonisti tal-football Taljan hekk kif il-player ta’ 34 sena għażel li jmur jilgħab fil-kampjonat Spanjola u jiskarta l-possibbiltá li jingħaqad ma’ Lazio li tant kienu ilhom jiġru wara l-firma tiegħu.

Ħafna kkritikaw lil Tare li bħal qisu mhux qed ikun kapaċi jakkwista plejers ta’ kwalitá u dan qed jeffettwa ferm is-suq tat-trasferimenti tal-club minn Ruma.

Silva lagħab 10 snin sħaħ ma’ Manchester City fejn b’kollox lagħab 436 partita u għenhom jirbħu 14-il trofew.

Share With: