Ikomplu t-taħditiet dwar Brexit… fadal seba’ ġimgħat sakemm jista’ jintleħaq ftehim

Ir-Renju Unit u l-Unjoni Ewropea għandhom is-seba’ ġimgħat li ġejjin biex isibu ftehim dwar ir-relazzjoni bejniethom fil-futur. 

Wara waqfa għas-sajf, id-diskussjonijiet mistennija jkomplu llum fi Brussels. L-ogħla negozjatur ta’ Boris Johnson, David Frost se jiddiskuti t-triq ‘il quddiem ma’ Michel Barnier. Imbagħad ikun hemm mal-50 uffiċjal miż-żewġ naħat li jaraw kif se jsolvu t-teknikalitajiet fil-jumejn li ġejjin, qabel maż-żewġ kapijiet tan-negozjati. 

Filwaqt li ż-żewġ naħat jixtiequ jilħqu ftehim, jidher li mhux qed jaċċettaw li jagħtu l-konċessjonijiet lil xulxin. 

Share With: