Il-futur ta’ Martin Odegaard għadu inċert

Il-club Spanjol ta’ Real Sociedad ikkonferma li l-winger internazzjonali Norveġiż, Martin Odegaard, temm il-perjodu ta’ self magħhom sabiex jerġa’ jmur mal-club oriġinali tiegħu Real Madrid. Dawn tal-aħħar ftit taw ċans lil dan il-pleayer ta’ 21 sena li jesprimi l-logħob tipiku tiegħu tant li mis-sena 2015 meta ngħaqad magħhom, hu lagħab darba biss.

Odegaard dar diversi clubs fuq bażi ta’ self fejn f’dawn l-aħħar snin lagħab ma’ Heerenveen u Vitesse Arnhem, fl-Olanda.

Ma’ Real Sociedad huwa lagħab 31 partita u skorja erba’ goals.

Odegaard deher ftit konfuż f’mistoqsija li saritlu dwar il-futur tiegħu fejn hu jixtieq jesprimi l-logħob tipiku tiegħu mal-Merengues iżda mhux qed jingħata ċ-ċans mill-coach Zinedine Zidane.

Share With: