Il-GWU tikseb rikonoxximent ewlieni fl-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet

Il-General Workers’ Union kisbet l-għarfien ewlieni fl-Aġenzija tar-Reġistru tal-Artijiet wara li proċess ta’ verifika kkonkluda li l-union għandha l-maġġoranza tal-impjegati ngaġġati bħala Senior Managers, Unit Coordinators u Assistant Land Registrars mal-Land Registration Agency.

F’dawn l-aħħar jiem, il-GWU kienet informata mid-DIER li hija tgawdi l-appoġġ ta’ 100% tal-imsemmija impjegati u għalhekk għandha tingħata l-għarfien ewlieni fi ħdan l-Agenzija.

F’kummenti li għaddiet lil dan il-ġurnal, is-Segretarju tat-Taqsima GWU Professjonisti, Finanzi u Servizzi Riccarda Darmanin qalet li l-pass li jmiss huwa li jibdew isiru laqgħat kostruttivi bejn il-GWU u l-Maniġment tal-Agenzija.  

L-union diġa’ ffurmat kumitat li jirrappreżenta lill-ħaddiema biex fil-ġranet li ġejjin jibdew it-taħditiet sabiex jintlaħaq ftehim kollettiv ġdid.

Share With: