Il-Kaptan jgħid li Yorgen qallu li ma kellhom xejn x’jaħbu

Illum se tkun qiegħda tkompli l-kumpilazzjoni tax-xhieda kontra Yorgen Fenech, akkużat b’kompliċità fil-qtil ta’ Daphne Caruana Galizia, quddiem il-Maġistrat Rachel Montebello.

10:25 a.m:

Tibda s-seduta tal-lum. Fil-Qorti hemm l-Avukati Difensuri Charles mercieca, Gianluca Caruana Curran u Marion Camilleri.

Imexxu L-Prosekuzzjoni Keith Arnaud u d-Deputat Avukat Ġenerali Philip Galea Farrugia.

Il-Qorti qiegħda tisħaq fuq l-allegat recordings li kienu ppubblikati matul dawn l-aħħar jiem, fuq xiex kien hemm kontroversja matul dawn l-aħħar ġranet.

Il-Qorti tikkundanna l-pubblikazzjoni ta’ dawn ir-recordings, u tisħaq li dan huwa aġir ta’ stmerrija u nuqqas ta’ disprezz għall-Qorti.

“Huwa ksur ta’ ordnijiet tal-Qorti, u reat kriminali, li jiġu ppubblikati affarijiet bħal dawn li jinżammu bħala evidenza. Filwaqt li tistmerr u tiddeplora dan l-aġir, il-pubblikazzjoni hija ksur ta’ ordnijiet li l-Qorti diġa tat.”

Il-Qorti todna lill-Kummissarju biex tinvestiga l-identita ta’ dawk li kellhom aċċess jew ingħata kopja ta’ dawn ir-recordings. Talbet li jiġi identifikat is-sors tal-pubblikazzjoni, u l-identita ta’ kull min seta’ responsabbli, jiġi akkużat b’azzjoni kriminali.

Il-Qorti semmiet ukoll lil Simon mercieca, li pproduċa siltiet tar-recordings li l-Qorti kien qalet ma kellhomx jiġu ppublikati, u qiegħda titlob lill-Kummiissarju tal-Pulizija biex tibda tipproċedi kontrih.

11:00 a.m:

L-avukat tad-Difiża Charles Mercieca qiegħed jisħaq li s-sejħa tiegħu għat-tressiq tar-rikors ta’ urġenza hija xi ħaġa stramba: “Jista jkun li qiegħed jitressaq dan ir-rikors fuq dan il-każ, pero meta dawn ir-recordings żvelaw elementi ta’ korruzzjoni fi ħdan il-Prosekuzzjoni”

Kompla biex jgħid li l-Avukat Ġenerali qiegħed jagħmel rikors bemerġenza biex ifixkel lill-Messaġġier, iktar milli jixtarr fuq il-messaġġ li hemm ġewwa fihom.

“Ma rajniex rikorsi b’urġenza fuq it-telefon ta’ keith Schembri. ma rajniex rikorsi b’urġenza fuq allegat korruzzjoni tal-prosekuzzjoni, jew fuq flus li ġew skambjati li ġew fuq reati oħra li jirriżultaw minn dawn it-tapes. Pero fuq allegat disprezz tal-Qorti, l-Avukat Ġenerali irid jaġixxi b’mod differenti. insaqsu fuq jekk u kemm tħallas flus il-Kummissarju… Kif kien hemm nies jissemmew f’dawn it-tapes, ġie hawnhekk b’dokumenti u ‘plea bargains’ uffiċjali qabel ma kienu ppreżentati hawn? Saru rkorsi b’urġenza fuq Melvin Theuma, kemm ġew skambjati flus għal dan ir-reat ta’ twerwir li qegħdin nisimgħu fuqu llum?”, kompla jgħid Mercieca.

Sostna li dan ir-reat huwa importanti, u filwaqt li laqgħu t-talba tal-Avukat Ġenerali qal li pero jmissihom jistħu għax għad hemm kriminali barra fit-triq li fuqhom, rikorsi b’urġenza għadu ma tressaqx.

Fil-kontro-osservazzjon tiegħu, id-Deputat Avukat Ġenerali saħaq li r-rikors tant kellu raġun fos-sottomissjoni tiegħu, li ntlaqa mill-Qorti u mill-Difiża.

L-investigazzjonijiet li qegħdin isiru mill-kollegi tiegħi għadhom għaddejjin, anke jekk id-Difiża qegħda tgħid li donnu ma jsirux.

Dr. Galea Farrugia saħaq li d-difiża “kienet iktar interessata fuq dan il-punt tiddefendi lill-povri messaġġieri, iġifieri lil Dr Simon Mercieca, milli lis-suppost klijent tiegħu.”

Intant, l-Ispettur Keith Arnaud saħaq li l-messaġġ li qiegħed jintbagħat barra huwa li l-prosekuzzjoni qiegħda timxi kontra recordings partikolari: “Ħa jkollna l-esperti infushom jgħidu għalfejn dawn ir-recordings ma ġewx aċċessati. Kwalunkwe kumment fuq dan il-punt huwa prematur u superfluwu.”

11:10 a.m: Id-difiża talbet biex isir eżami tal-istat mental ta’ Melvn Theuma, għaliex il-Qorti trid tkun taf jekk hux fi stat mentali u psikoloġiku tajjeb biex jixhed.

11:25 a.m:

Jitla jixhed il-Kaptan Logan Wood, Kaptan fuq i-jottijiet.

Huwa kaptan fuq il-jott ta’ Tumas Group, kif ukoll fuq il-jott privat ta’ Yurgen Fenech. Jieħu ħsieb il-Gio u l-Gio 2

Mistoqsi mill-Ispettur Keith Arnaud fuq dak li ġara fil-lejl ta’ Novembru, huwa saħaq li dakinhar kien xogħol.

“Konna nafu li ridna ntellgħu d-dgħajsa Sqallija,” aħna u l-crew ta’ tnejn min-nies.

Mistoqsija fuq kemm kienet ilha ppjanata biex jitlaq Sqalija mal-yard għat-tiswija, huwa saħaq li kien miftiehem minn xahar qabel. “Minħabba l-maltemp, domna ftit biex sibna data.”

“Kull sena, aħna dejjem nitilgħu darba fis-sena, bejn Novembru u Jannar, skont it-temp kif jippermetti.”

“Ġieli nsaqsi ħabib, jew Diretturi tal-Kumpanija mhix dejjem l-istess. Proċedura hija li ntellgħuha l-yard, ninżlu bil-katamaran, inħalluwha xahar jew xahrejn, u mmorru lura għaliha. Dan huwa traġitt li fi 3 sigħat u nofs mmorru lura.”

“Kien hemm ħafna drabi li tajt ma’ membru tal-familja ta’ Tumas, fosthom Yorgen, ġieli kuġini tagħhom. Peress li traġitt li huwa ta’ pjaċir għal Sqallija, dejjem ngħidihom biex jkellmuni jekk ikun hemm il-mistednin.”

Huwa esebixxa kopja ta’ email, fuq il-korrespondenza li l-Kaptan kellu mad-diretturi tal-yacht yard f’Pozzallo, biex insaqsuhom għall-availabilities, kif ukoll għad-data ta’ meta set jħalli l-email ġewwa Sqallija.” Arnaud saħaq kif l-email turi li l-għan ewlieni kien li d-dgħajsa tittieħed bejn Diċembru u Jannar. Il-Kaptan Wood saħaq li minħabba pjanijiet personali li huwa kellu, wara li tkellem ma Fenech, ftehmu li dan it-traġitt isir f’Novembru.

Mistoqsi minn Arnaud meta Fenech qal lil Wood biex “neħilsuha din il-ġimgħa”, il-Kaptan saħaq li l-ftehim sar ftit jiem qabel id-19 ta’ Novembru.”Dakinhar, bdejt naħdem fuq id-dgħajsa, bdejna nibgħatu messaġġi lil xulxin biex nifthemu ħin ħa mmorru. Aħna dakinhar rqadna fuq id-dgħajsa biex nsalpaw l-ewwel ħaġa filgħodu. Din hija xi ħaġa normali meta aħna nkunu rridu nitilqu.”Kellimt lil Valletta port, qaluli “vjaġġ it-tajjeb”, 5-10 minuti wara ġew is-sireni tad-dgħajjes. Qalulna biex nieqfu u mmorru fuq wara tad-dgħajsa, u għamilna hekk.”

“Wara li għamlu tfittxija, immanetjawna. Pero xħin saqsejthom biex indawar id-dgħajsa għax kien hemm ċaqliq, qaluli mhix problema.”

Spjega li mbagħad ntalab jerġa’ lura Malta, u marru lura Portomaso.

Qal ukoll li s-sigurtà tal-marina bagħtulu messaġġ fuq il-mobile biex ikellmu lil Fenech, għax qalulhom li hemm il-membri tas-CID madwar id-dgħajsa. Mistoqsi fuq meta kien dan il-messaġġ, Wood qal li dan ntbagħat għall-ħabta tat-3:00 a.m.

11:45 a.m:

Il-Kaptan spjega li meta għarraf lil Fenech, huwa qallu “Dont worry about Kellem lis-sigurtà, u qalilhom biex imexxu kif ippjanat.

Fenech qal lill-Kaptan Wood biex is-sinjal tas-sikurezza, AIS, ikun mixgħul: “Kun ċert li tagħmel kollox kif suppost.”

Mistoqsi minn Arnaud, Wood saħaq li daknihar, “Jien kelli ħsieb li nitfi l-AIS. Kont qiegħed nara l-paprazzi tal-gazzetti ħdejn il-Portomaso. Dan kien fil-11:00 p.m”.

Mistoqsi minn Arnaud fuq jekk kienx jaf il-ħsieb ta’ Fenech wara li jħalli d-dgħajsa Sqallija, huwa wieġeb “Ma nafx,ma  tkelimniex fuqha. Ġieli kien jiġi miegħi, ġieli kien jiibqa’ hemm.”

12:05 p.m:

“Li jkun hemm daqstant media viċni Portomaso mhix xi ħaġa normali, pero l-aċċess għall-jott dejjem kien pubbliku”, kompla l-kaptan. Mistoqsi mill-Avukata tad-Difiża Marion Camilleri, huwa reġa kkonferma li “kull darba li l-jott jitlaq kmieni, il-familjari dejjem jorqdu fuq id-dgħajsa.”

“Li ninforma lill-Valletta Port Control mhiix bifors obbligu, pero jiena ninfurmahom bħala sigurta għad-dgħajjes li joħorġu wkoll. Din mhijiex xi dgħajsa li tagħmel veloċità straodinarja, jew dgħajsa li ma tidhirx. Rajtha naqra redikola min qalli li kien ser jaħrab fuqha.” Wood ikkonferma li l-kliem li Fenech qallu eżatt kienu “We have nothing to hide: M’għandniex x’naħbu.” Yorgen kien bagħatli messaġġ biex niċċekkja kemm differenza kien hemm bejn Sqallija u La Spezia. Ma qallix iktar fuq dan il-punt”, Temm jixhed Wood.

Share With: