Il-każi attivi ta’ Covid-19 jaqbżu s-600

Is-Supretendent tas-Saħħa Pubblika min-naħa tagħha qalet li ma ddaħħlux miżuri fuq ristoranti u ċertu ħwienet għax il-maġġoranza ta’ dawn qed jikkollaboraw.

Gauci qalet li minħabba li n-numri baqgħu jikbru kellhom jiddaħħlu dawn il-miżuri biex nerġgħu nikkontrollaw is-sitwazzjoni.

Qalet li kellna każijiet bis-sintomi u oħrajn mingħajrhom. Żiedet li sfortunatament hemm każijiet li qed ikollhom jiddaħħlu l-Isptar u għalhekk dawn il-miżuri jeħtieġ li jiġu mħarsa biex nipproteġu lil xulxin b’mod speċjali lill-vulnerabbli.

Gauci ħabbret li fl-aħħar sigħat saru 2,269 swab tests u li minnhom kien hemm 69 każ ġdid. Intant kien hemm 10 persuni li fiequ. B’hekk il-każi attivi qabżu s-600 u b’hekk f’pajjiżna għandna 607 każ attiv.

Dwar l-emerġenza tas-saħħa pubblika hija qalet li l-awtoritajiet tas-saħħa se jibqgħu jaraw is-sitwazzjoni kif tiżviluppa.

Share With: