Il-Korea ta’ Fuq tippubblika ritratti ġodda ta’ Kim Jong-Un wara allegazzjonijiet li kien jinsab f’koma

Il-Korea ta’ Fuq ippubblikat ritratti ġodda ta’ Kim Jong-Un jiem biss wara li uffiċjal diplomatiku tal-Korea t’Isfel allega li jinsab f’koma.

Fir-ritratti ppubblikati d-dittatur deher f’laqgħa tal-politburo tal-Partit tal-Ħaddiema.

L-Aġenzija Ċentrali Koreana għall-Aħbarijiet saħqet li matul il-laqgħa ġew diskussi miżuri ta’ prevenzjoni kontra l-coronavirus u tifun li mistenni li jolqot lill-pajjiż. Madankollu r-ritratti ma setgħux jiġu verifikati għad-data tagħhom.

Ir-ritratti ġew ippubblikati jumejn wara li Chang Song-min, eks-assistent għall-eks-President tal-Korea t’Isfel Kim Dae-jung, qal li Kim ilu f’koma sa minn April li għadda. Song-min allega wkoll li impersunaturi kienu qed jidhru fil-pubblika minflok Kim.

Share With: