Il-Kriminalità fl-Afrika t’Isfel naqset drastikament waqt il-lockdown

Il-kriminalità fl-Afrika t’Isfel niżlet b’40% matul l-ewwel tliet xhur tal-lockdown. Il-Ministru għas-sigurtà qal li l-aktar tipi ta’ kriminalitajiet li naqsu kienu bejn April u Ġunju u fost atti oħrajn jinkludu l-aggressjoni sesswali.

Huwa żied jgħid li l-projbizzjoni tal-alkaħol waqt il-lockdown għenet, iżda l-attakki fuq ħwienet tax-xorb kienu żdiedu matul il-perjodu msemmi. L-Afrika t’Isfel hija magħrufa bħala wieħed mill-aktar pajjiżi fid-dinja bl-ogħla rata ta’ kriminalità.

B’aktar minn 500,000 infezzjoni u 11,000 mewt, l-Afrika ta’ Isfel irreġistrat madwar nofs il-każi tal-pandemija fil-pajjiż.

Share With: