“Il-Kumpless tal-pixxina f’Żonqor għandu jibqa’ jsir użu minnu” – Żminijietna

Żminijietna – Leħen ix-Xellug sejħet biex il-Gvern jilqa’ l-appell li qed isir mir-residenti ta’ Marsaskala, il-Moviment Graffitti, u organizazzjonijiet oħra biex jibqa’ jsir użu tal-pixxina eżistendi f’Żonqor.

“L-Awtorità tal-Ippjanar riċentament approvat l-iżvilupp ta’ ‘waterpolo pitch’ f’Marsaskala, li attwalment se jwassal għal teħid ta’ aktar spazji pubbliċi u l-aċċess għall-baħar”, żiedet tgħid Żminijietna.

Żiedet tgħid li “nemmnu li l-Gvern għandu jiftaħ djalogu mad-diriġenti ta’ AUM biex jkun jista’ jsir dan. Nafu wkoll li l-proġett tal-AUM f’Żonqor hu wieqaf”. 

“Għalhekk inħeġġu għas-sens komun, b’hekk inkunu qegħdin neħilsu milli jkollna l-Ponta taż-Żonqor bi problemi ta’ bini abbandunat u żdingat, vandaliżmu, u skart”. 

Grupp imdaqqas ta’ Residenti qed jippjanaw li jappellaw mid-deċiżjoni tal-Awtorità tal-Ippjanar. Dawk li jixtiequ jagħtu kontribuzzjoni biex jsir l-appell jistgħu jagħmlu dan billi jibgħatu email lil residents.marsascala@gmail.com.

Share With: