Il-Libanu f’luttu għat-telfa ta’ mill-anqas 78 persuna… aktar minn 4,000 oħra jindarbu

Il-Libanu jinsab f’luttu għat-telfa ta’ mill-anqas 78 persuna u aktar minn 4,000 oħra li sfaw midrubin fi splużjoni qawwija f’Bejrut.

Il-belt sħiħa triegħdet kawża ta’ din l-isplużjoni li bdiet minn nirien li fi ftit sekondi żviluppat fi splużjoni massiva. Il-President Michel Aoun qal li madwar 2,750 tunnellata ta’ ammonju kien ilu maħżun għal sitt snin sħaħ mingħajr miżuri ta’ sigurtà.

Huwa sejjaħ laqgħa urġenti mal-membri tal-Kabinett għal-lum u żied jgħid li għandu jiġi dikjarat stat ta’ emerġenza għal ġimagħtejn.

Il-pajjiż se jkun qed jagħmel tlett ijiem ta’ luttu li jibdew mil-lum biex ifakkar din it-traġedja.

Aqra wkoll:

FILMAT: Għexieren mejtin u eluf jindarbu fi splużjoni kbira f’Bejrut; “Hawn kaos fit-toroq”
Share With: