Il-membri kollha tal-MAM jobdu d-direttiva ta’ siegħa strajk dalgħodu

Il-MAM qalet fi stqarrija li l-membri tagħha kollha obdew mid-direttivi ta’ siegħa strajk dalgħodu bejn it-8.00 u d-9.00 a.m. 

Dan l-istrajk sar bi protesta għal dak li qed jissejjaħ bħala interferenza bla bażi xjentifika minn ministeri oħra. 

L-Assoċjazzjoni spjegat li x-xogħol tat-tobba tas-saħħa pubblika jinkludi l-kordinazzjoni tar-rispons għall-COVID-19. Tispjega li normalment jagħmlu xogħol amministrattiv, jorganizzaw u jipparteċipaw fis-swabbing centres, jieħdu sehem fil-contact tracing, jiġbru l-informazzjoni u anke janalizzawha. 

Share With: