Il-PBS iwaqqaf Xarabank minn fuq l-istazzjon nazzjonali

Il-preżentatur tal-programm Xarabank, Peppi Azzopardi għadu kemm ikkonferma li l-PBS waqqaf il-programm minn fuq l-istazzjon nazzjonali. 

Azzopardi qal fuq il-midja soċjali li skont l-aħħar stħarriġ tal-Awtorità tax-Xandir, dan il-programm baqa’ l-aktar wieħed segwit fuq l-istazzjon nazzjonali u fuq l-istazzjonijiet l-oħra kollha, mill-programmi kollha, mill-ħinijiet kollha tal-ġurnata. 

Saħaq li bħala programm qatt ma nstab ħati ta’ żbilanċ u ġabar miljuni ta’ ewro għal għaqdiet filantropiċi. Barra hekk, qal li rebaħ diversi unuri tal-ġurnaliżmu matul iż-żmien. 

Ta’ min wieħed jgħid li dan il-programm kien ilu jsir għal dawn l-aħħar 23 sena. 

Share With: