Il-POU tesiġi l-leave ta’ kwarantina għandu jingħata pulizija jirriżulta pożittiv għall-Covid-19

Il-Police Officers’ Union reġgħet saħqet li qed tesiġi li l-leave ta’ kwarantina għandu jingħata meta membru tal-Korp tal-Pulizija jirriżulta li jkun pożittiv għall-Covid-19.

Il-POU għamlet referenza għal ittra li tinħareġ mill-awtoritajiet tas-saħħa lil kull min jirriżulta pożittiv għall-Covid-19, li tgħid li kull min jirriżulta pożittiv huwa obbligat bil-liġi li joqħod kwarantina.

Għamlet referenza wkoll għall-Avviż Legali 62/2020 li jindika li meta ħaddiem ikun legalment obbligat li joqgħod fi kwarantina , dan għandu jingħata leave ta’ kwarantina.

Share With: