Il-President Portugiż jsalva żewġ persuni mill-għarqa

Il-President Portugiż Marcelo Rebelo de Sousa, salva żewġ persuni li sabu diffikultà fil-bajja Algarve waqt li kienu qegħdin bil-kayaks tagħhom. Marcelo li għandu 71 sena mar jagħti l-ewwel għajnuna minħabba l-kurrenti b’saħħithom li qalbu liż-żewġ persuni minn fuq il-kayaks.

Marcelo bħalissa jinsab Algarve fuq btala biex jippromwovi t-turiżmu f’nofs pandemija. Wara hawn, hu se jkompli jdur ir-reġjuni biex ikompli jsaħħaħ il-fehma li tal-Portugiżi biex ikunu turisti f’pajjiżhom stess.

Share With: