Il-President tar-Reġjun ta’ Sqallija jitlob kontroll fuq dawk li jirritornaw minn Malta, Spanja u l-Greċja

Il-President tar-Reġjun ta’ Sqallija, Neso Musumeci jidher li lesta avviż legali li permezz tiegħu jordna miżuri ta’ kontroll fuq dawk it-Taljani li jidħlu lura minn Malta, Spanja u l-Greċja. 

Qiegħda tirrapporta dan il-gazzetta La Sicilia li qalet li lbieraħ filgħaxija kien hemm laqgħa mal-Ministru tal-Intern, Luciana Lamorgese fejn ġiet spjegata s-sitwazzjoni gravi tal-immigranti li jaslu fuq il-gżira. Musumeci tenna li hu kontra li jitwaqqfu tined u minflok ikun hemm bastimenti fejn jinżammu kwarantina u li jkunu mgħassa mill-qawwiet militari. 

Intant, illum mistenni jiġi ppubblikat avviż legali wkoll f’ċerti partijiet tal-Italja biex isiru aktar kontrolli fuq turisti li jkunu qed jirritornaw minn Spanja, Malta, il-Greċja u l-Kroazja. Jidher li dawn kollha mistenni jagħmlu swab tests li jagħtu riżultati malajr fi tmien minuti. Jidher li din il-magna li tagħmel dawn it-testijiet hekk malajr, se tibda topera mis-17 ta’ Awwissu meta mistennija jidħlu lura l-Italja ħafna turisti li ġew Malta, jew inkella marru l-Greċja, Spanja u l-Kroazja.  

Share With: