Il-Professur Charmaine Gauci tisħaq dwar l-istrateġija tal-ittestjar

COVID-19 – Media Briefing – 07-08-2020

COVID-19 – Media Briefing – 07-08-2020

Posted by saħħa on Friday, August 7, 2020

Charmaine tkellmet dwar clusters li kienu wieħed mill-fatturi li wasslu għal żieda sostanzjali fil-każi.

Kellek il-cluster tal-Hotel Take Over li s’issa telgħu għal 20 każ, il-cluster relatat mal-festa ta’ Santa Venera li s’issa tela’ għal 33 każ, cluster ta’ 33 persuna relatati ma’ bars f’Paceville, cluster ta’ 12-il student li jiġu biex jitgħallmu l-lingwi u ħames każi ta’ tfal li marru Skola Sajf.

Gauci spjegat li kien hemm perjodu fejn qrobna lejn iż-zero active cases, iżda minħabba li qatt ma wasalna, konna nafu li dawn in-numri jistgħu jiżdiedu kif filfatt ġara minħabba kuntatt bejn persuni li fis-sajf huwa ferm aktar diffiċli li jiġi kkontrollat.

Spjegat dwar l-istrateġija tal-ittestjar u li importanti ħafna li l-każi pożittivi jiġu identifikati u jsir il-contact tracing biex jitwaqqaf il-virus kemm jista’ jkun malajr qabel ikompli jinxtered. Hija qalet dwar iż-żewġ ċentri ġodda li mill-ġimgħa d-dieħla se jkunu qed isaħħu din l-istrateġija.

Il-Professur Charmaine Gauci qalet li l-immigranti infettati ma’ żdidux mal-każi attivi l-oħra minħabba li dawn ġew miżmumin u b’hekk ma tħalltux ma’ persuni oħra għajr l-istess grupp ta’ persuni li kienu fil-vjaġġ.

Share With: