Il-Pulizija tarresta Malti mfittex l-Istati Uniti

Malti mfittex l-Istati Uniti fuq suspett ta’ pedofelija ġie arrestat f’San Pawl il-Baħar.

Ir-raġel għandu 57 sena u qed jiġi mfittex mill-awtoritajiet Amerikani biex iwieġeb għal akkużi li kellu relazzjoni sesswali ma’ minorenni taħt is-16-il sena.

Il-Pulizija Maltija iddikjarat li r-raġel mhux suspettat li wettaq reati simili f’pajjiżna.

Ir-raġel mistenni jitressaq il-Qorti fil-jiem li ġejjin sabiex jibdew il-proċeduri li għandhom iwassluh biex jiġi estradit lejn l-Istati Uniti.

Share With: