Il-Pulizija twaqqaf tnejn jagħmlu s-sess fil-pubbliku

Mara ta’ 54 sena kienet waħda minn tliet nisa arrestati fuq suspett li kienu prostituti.

Waqt ronda f’Ta’ Xbiex il-pulizija mid-Distrett ta’ Tas-Sliema innutaw lill-mara twaqqaf il-vetturi fi Triq ix-Xatt.

F’ħin minnhom raw raġel li ħareġ il-flus mill-kartiera u l-mara telgħet fil-karozza miegħu.

Il-pulizija segwewhom u nnutawhom jagħmlu s-sess fi Triq Ġużeppi Cali fejn waqqfuhom u interrogawhom.

Il-pulizija innutaw ukoll tfajla ta’ 29 sena u mara ta’ 41 sena fl-istess triq u arrestawhom ukoll fuq suspett li kienu qed jitlajjaw għall-prostituzzjoni.

Share With: