“Indimentikabbli” … Il-ħidma tal-voluntieri Maltin f’Bejrut

Il-ħidma ta’ għadd ta’ koki Maltin li telgħu jgħinu liċ-ċittadini li ġew affettwati b’mod negattiv mill-isplużjoni ta’ ftit jiem, intlaqgħet tajjeb mir-residenti. Filfatt ir-residenti ikkonkorrew bi ħġarhom għal ikel imħejji mill-voluntiera Maltin. Il-koki Maltin li daqt jirritornaw, iddeskrivew din l-esperjenza bħala ‘indimentikabbli’.

L-isplużjoni fil-Libanu ħalliet aktar minn 130 persuna mejta u eluf midruba, filwaqt li eluf baqgħu spiċċaw mingħajr dar.

Dan it-tim ta’ kokijiet  tmexxa minn Hany Harb, li huwa sid ta’ restorant f’pajjiżna.

Qabel telaq lejn il-Libanu dan it-tim ta’ kokijiet ġabru eluf ta’ ewro sabiex ikunu jistgħu jixtru l-ingredjenti biex isajru lil din il-komunità.

Share With: