Inter viċin Sandro Tonali

Inter jinsabu ferm viċin li jakkwistaw il-firma tal-player internazzjonali Taljan, Sandro Tonali. Huwa għandu 20 sena u proprju s-Sibt lagħab l-aħħar partita tiegħu għal Brescia fid-draw ta’ 1-1 kontra Sampdoria.

Jidher li l-ftehim li qed jinħema f’dawn is-sigħat huwa li Brescia jagħtu lil Tonali b’self b’obbligu li n-Nerazzurri jixtruh wara li jgħaddi staġun sħiħ f’Milan. Inter se jkunu qed iħallsu s-somma ta’ €35 miljun bil-player żagħżugħ mistenni jdaħħal €2.5 miljun.

Finalment id-direttur sportiv ta’ Inter, Giuseppe Marotta, qed jaħseb sabiex il-kuntratt ta’ Tonali jintemm f’Ġunju tas-sena 2024. Matul il-ġimgħa li ġejja Tonali se jmur fil-belt ta’ Milan flimkien mar-rappreżentant tiegħu sabiex jissiġġilla dan il-ftehim.

Tonali skorja goal wieħed biss għal Brescia filwaqt li kkontribwixxa għal seba’ assists matul dan l-istaġun.

Share With: