Ir-rata ta’ qgħad tinżel għal 3,981 persuna

Skont statistika maħruġa mill-Uffiċju Nazzjonali tal-Istatistika (NSO), it-total ta’ dawk li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol matul ix-xahar ta’ Lulju ta’ din is-sena kompla jinżel meta mqabbel max-xahar ta’ Ġunju tal-istess sena. Dan hekk kif ir-rata ta’ qgħad niżlet minn 4,270 (Ġunju 2020) għal 3,981 (Lulju 2020), li jfisser li kien hemm 289 persuna inqas li kienet qed tirreġistra għax-xogħol.

F’Ġunju diġà kien ġie rreġistrat tnaqqis ta’ 3% fil-qgħad fuq ix-xahar ta’ qabel. Fil-fatt f’Mejju r-rata ta’ qgħad f’Malta kien ta’ 4,409 persuna.

Minn dawk it-3,981 persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol f’Lulju 2020 kien hemm 2,447 irġiel u 1,534 nisa. “Fl-istess waqt meta wieħed jikkompara x-xahar ta’ Lulju ta’ din is-sena mal-istess xahar tas-sena ta’ qabel, kien hemm żieda ta’ 2,327 persuni li kienu qed jirreġistraw għax-xogħol.”  

Share With: