Ir-Renju Unit jixtri 90 miljun doża ta’ żewġ vaċċini oħra li jistgħu jkunu tajbin kontra l-COVID-19

Uffiċjali Ingliżi ordnaw 90 miljun doża ta’ vaċċini kontra l-COVID-19 hekk kif qegħdin jappoġġaw l-isforzi tal-kumpaniji Johnson & Johnson u Novavax. 

Jekk il-vaċċini kollha li ordnaw l-Ingliżi jkunu tajbin u jmorru għall-produzzjoni, ir-Renju Unit se jkollu stokk massiv ta’ 340 miljun doża. Dan ifisser li jkun hemm ħames dożi għal kull persuna fir-Renju Unit.

Dan kien l-aħħar fost il-ftehim li għamel il-Gvern Ingliż rigward il-vaċċin possibbli kontra l-COVID-19. Fil-fatt, diġà għamlu ftehim ma’ kumpaniji bħal GlaxoSmithKline, Sanofi, Pfizer, AstraZeneca u Valneva. 

Share With: