Ir-Renju Unit mistenni jidħol f’riċessjoni għall-ewwel darba mill-kriżi finanzjarja

Ir-Renju Unit mistenni jidħol f’riċessjoni għall-ewwel darba mill-kriżi finanzjarja hekk kif iċ-ċifri qegħdin juru li l-pandemija niżżlet l-ekonomika b’rekord ta’ 21% bejn April u Ġunju. 

Dan it-tnaqqis rekord, li hu l-agħar wieħed fil-Punent tal-Ewropa, ġie kkonfermat mill-Uffiċċju Nazzjonali tal-Istatistika Ingliż. 

Tkun riċesssjoni meta jkollok żewġ kwarti tas-sena fejn ikun hemm nuqqas fil-Prodott Domestiku Gross. Dan kien ilu ma jiġri fir-Renju Unit sa mill-kriżi finanzjarja fl-2008. 

Mill-informazzjoni tal-Uffiċċju tal-Istatistika jidher li mas-730,000 ħaddiema Ingliżi spiċċaw bla xogħol minn Marzu, meta beda l-lockdown minħabba l-Coronavirus. 

Share With: